Li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini huwa għan komuni taż-żewġ Programmi Operattivi li permezz tagħhom Malta qed timplimenta l-Politika ta’ Koeżjoni 2007 – 2013. Sistemi tas-saħħa mtejba għalhekk huma investiment kbir, b’mod partikolari permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt Programm Operattiv I.
Wara l-bini tal-Isptar Mater Dei, il-bini u l-iżvilupp ta’ Ċentru tal-Onkoloġija state of the art fil-konfini tal-isptar jimmira li jtejjeb il-provvista tat-trattament tal-kanċer f’Malta filwaqt li jassisti lill-familji li għandhom pażjenti fil-kura tagħhom.
Li tiffaċilita l-aċċess għall-kura tas-saħħa huwa ħsieb ieħor li qed jiġi indirizzat permezz ta’ Programm Operattiv I. M’għadx hemm aktar il-ħtieġa li ċittadini f’Għawdex jaqsmu lejn Malta biex jieħdu CT scanning u immaġini tal-mammografija. It-titjib tat-Teatri tal-Operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ukoll jipprovdi lill-Għawdxin bil-possibiltà li jagħmlu interventi kirurġiċi meħtieġa iktar viċin tad-dar. Dan kollu jnaqqas il-piż fiżiku u emozzjonali kemm għalihom infushom kif ukoll għal dawk li jieħdu ħsiebhom.
Azzjonijiet komplimentari li huma ko-finanzjati taħt il-Fond Soċjali Ewropew jinkludu programmi ta’ tagħlim elettroniku iktar flessibbli għall-professjonisti mediċi sabiex jippromwovu l-iżvilupp kontinwu fil-qasam tagħhom. Dawn l-inizjattivi jimmiraw ukoll li jżidu n-numru ta’ professjonisti mediċi li jibqgħu Malta u li jipprovdu s-servizzi tagħhom fi ħdan is-settur tas-saħħa ġewwa Malta.
Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:
Numru ta’ Proġetti |
Valur |
5 |
€50,000,000 |