Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Riċerka, Xjenza u Teknoloġija

Il-mira ta’ Malta li tistabilixxi ruħha bħala Ċentru ta’ Eċċellenza fl-industrija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni tirrikjedi approċċ dedikat permezz ta’ sensiela ta’ azzjonijiet ikkordinati u mwettqa minn partijiet interessati differenti.  Li jkollok l-istrutturi fiżiċi meħtieġa biex twettaq ir-riċerka u li tiżviluppa sistemi innovattivi ma jwassalx għas-suċċess mixtieq jekk ir-riżorsi umani ma jkunux disponibbli.

Għal din ir-raġuni, permezz taż-żewġ Programmi Operattivi, il-Politika ta’ Koeżjoni 2007 – 2013 qed tiffinanzja numru ta’ attivitajiet kumplimentari u azzjonijiet bil-ħsieb li jintlaħaq dan l-objettiv.

Approċċi minn isfel għal fuq ittieħdu sabiex suġġetti tax-xjenza jsiru aktar popolari fost studenti żgħar u żgħażagħ, u b’hekk dawn jitħeġġu biex jibdew jew ikomplu l-istudji tagħhom permezz ta’ boroż ta’ istudju.  Infrastrutturi ta’ appoġġ qed jiġu stabbiliti sabiex jipprovdu lill-istudenti bil-faċilitajiet state-of-the-art neċessarji sabiex ikomplu bl-istudji tagħhom, u għaliex le, anki jispeċjalizzaw f’suġġetti relatati max-xjenza.  Dawn jinkludu proġett ta’ €17-il miljun li se jara l-istabbiliment ta’ fakultà tal-ICT ġdida fl-Università ta’ Malta u t-twaqqif ta’ Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħajja (Life Sciences) li ser jinkorporaw laboratorji farmaċewtiċi / bijoteknoloġiċi u faċilitajiet ta’ riċerka maħsuba sabiex jappoġġjaw kumpaniji bbażati fuq l-għarfien, għas-somma ta’ €22 miljun.

Filwaqt li hu importanti li wieħed jipprepara ż-żgħażagħ għall-futur, il-ħtiġijiet preżenti wkoll qed ikunu indirizzati permezz ta’ proġetti li jimmiraw li jipprovdu l-ħiliet neċessarji għall-adulti, li jiffokaw ukoll li jiġbdu n-nisa u gruppi żvantaġġati lejn swieq tax-xogħol relatati max-xjenza.

Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:

Pjan Strateġiku Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Numru ta’ Proġetti Valur
23 €81,000,000