Bħala Stat-gżira, Malta u Għawdex għandhom bżonn l-aħjar mezzi ta’ konnettività kemm internament u bejn il-gżejjer kif ukoll ma’ pajjiżi Ewropej oħra.
Malta tiddependi ħafna fuq it-trasport marittimu u t-trasport tal-passiġġieri bil-baħar. Għalhekk, investiment fit-titjib ta’ din l-infrastruttura hu kruċjali biex jiġi żgurat li Malta ma ssirx iktar iżolata u bħala riżultat ta’ hekk tintilef l-attività ekonomika importanti. Għal din ir-raġuni qed ikunu modernizzati infrastruttura neċessarji fil-portijiet bħal brejkwoters u mollijiet. Ma’ dan qed isir ukoll investiment fl-infrastruttura neċessarja meħtieġa sabiex jattira iktar kummerċ lejn Għawdex u jtejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ ġżejjer.
It-twaqqif ta’ xibka effiċjenti tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T) kien element ewlieni fit-tnedija mill-ġdid tal-Istrateġija ta’ Lisbona u ser ikollu rwol ugwalment ċentrali fil-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Għal din ir-raġuni, bl-appoġġ tal-Fond ta’ Koeżjoni, qed isir investiment sostanzjali sabiex ikun żgurat li t-toroq li jiffurmaw parti min-netwerk TEN-T huma konformi mal-istandards Ewropej.
Barra minn hekk, aktar minn €17 miljun qed jintefqu fuq it-titjib ta’ toroq oħra permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Aċċessibiltà interna u riġenerazzjoni urbana huma wkoll fatturi importanti għall-gżejjer Maltin u interventi ta’ dan it-tip ikomplu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekonomija Maltija filwaqt li fl-istess ħin titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Ir-riġenerazzjoni tar-reġjun tal-Belt u tal-Port hija vitali peress li tintegra s-servizzi ewlenin tal-ekonomija lokali: l-industrija marittima, l-industrija tat-turiżmu, l-industrija tal-bini u servizzi ta’ transitu u kummerċjali. Ambjent urban imtejjeb f’dawn l-oqsma ewlenin mhux biss jattira aktar investiment kummerċjali f’dawn is-setturi iżda jattira wkoll iktar nies li qed ifittxu dar sabiex jistabilixxu residenza f’dawn il-lokalitajiet li, matul is-snin għaddew minn tnaqqis kontinwu fil-popolazzjoni taghħom.
Numru ta’ Proġetti |
Valur |
10 |
€150,000,000 |