Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Is-Settur Privat

L-aċċess prinċipali għall-iffinanzjar għas-settur privat hu permezz ta’ skemi ta’ għajnuna li huma finanzjati sew taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) kif ukoll taħt il-Fond Soċjali Ewropew.  L-iskemi ta’ għajnuna li huma finanzjati mill-FEŻR huma mmirati li jilħqu firxa wiesa’ ta’ setturi bil-għan li tiżdied il-kompetittività ta’ intrapriżi f’kuntest sew lokali kif ukoll internazzjonali, waqt li l-iskemi ta’ għajnuna li huma finanzjati taħt l-FSE jikkonċentraw l-aktar fuq il-ħolqien tal-impiegi u fuq kemm il-ħaddiema lokali jkunu adatti biex jimlew il-postijiet tax-xogħol. 

Skemi ta’ Għajnuna mill-FEŻR Deskrizzjoni fil-qosor Min qed imexxi
Skema ta’ Għotja għal Faċilitajiet għall-Ħarsien tat-Tfal 

Din l-iskema tagħti appoġġ lill-politika ċentrali tal-Gvern biex jinġiebu ’l quddiem u jiġu sostnuti servizzi ta’ kwalità li jieħdu ħsieb u kura tat-tfal biex ikun hemm bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja u l-ħajja waqt li tinkuraġġixxi sehem akbar min-nisa fost il-ħaddiema lokali.

Din l-iskema tikkontribwixxi wkoll sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni Ewropea li jkun hemm postjiet għall-ħarsien tat-tfal għal mill-inqas 33% tat-tfal f’Malta ta’ bejn 0-3 snin.  

Dipartiment għas-Servizzi ta’ Għajnuna Soċjali
Skema ta’ Għotja għal Proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli mill-Intrapriżi Din l-iskema talloka fondi għall-izvilupp ekonomiku tas-settur tat-turizmu.  Proġetti ta’ turiżmu sostenibbli taħt din l-iskema jsaħħu l-vantaġġ kompetittiv ta’ Malta fil-qasam tat-turiżmu; iżidu l-użu tat-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni fit-turiżmu; iżidu t-tħaddim ta’ prattiċi ambjentali tajbin minn intrapriżi turistiċi u jżidu wkoll l-innovazzjoni fit-turiżmu. It-Taqsima tat-Turiżmu u ta’ Żvilupp Sostenibbli
Skema ta’ Għotja għall-Bidu ta’ Intrapriżi Żgħar mill-FEŻR Din l-iskema ssostni t-tkabbir ta’ intrapriżi ġodda b’anqas minn 50 ħaddiem. Malta Enterprise
Skema ta’ Għotja mill-FEŻR għal Azzjonijiet Innovattivi (Innovazzjoni)  L-iSkema ta’ Għotja mill-FEŻR għal Azzjonijiet Innovattivi (Innovazzjoni) għandha l-għan li tgħin Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju li jilqgħu l-isfidi fid-dinja tan-negozju tal-lum permezz ta’ stimulu lil proġetti ta’ żmien qasir jew medju li jirriżultaw f’Innovazzjoni ta’ Prodott jew ta’ Servizz, Innovazzjoni fi Proċess u  Innovazjoni Organizzattiva.
Skema ta’ Għotja mill-FEŻR għal Azzjonijiet Innovattivi (Ambjent)  Din l-iskema kompetittiva ta’ għotjiet twassal l-għajnuna għall-innovazzjoni f’Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju permezz ta’ investiment f’teknoloġiji li huma  favur l-ambjent.
Skema ta’ Għotja mill-FEŻR għal Żvilupp ta’ Negozju Elettroniku (e-Business)  Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju jingħataw għajnuna fl-investiment li huma jagħmlu fit-Teknoloġija tal-Informatika u tal-komunikazzjoni bil-għan li jġibu ’l quddiem l-iżvilupp bis-saħħa ta’ diversifikazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tal-intrapriża u ta’ tibdil sinjifikanti fil-proċess ta’ produzzjoni tal-intrapriża.
Skema ta’ Għotja għal Riċerka u Żvilupp Din l-iskema tagħti għajnuna lil inizjattivi ta’ Riċerka u Żvilupp li jwasslu għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew li jkollhom titjib sostanzjali.
Skema ta’ Għotja mill-FEŻR għall-Enerġija Din l-iskema ta’ assistenza tgħin lil intrapriżi biex jinvestu f’miżuri li permezz tagħhom jiffrankaw l-enerġija u f’sorsi alternattivi ta’ enerġija.
Skema ta’ Għotja mill-FEŻR għal Kompetittività Internazzjonali Din l-iskema tiffaċilita l-iżvilupp ta’ swieq ġodda jew tgħin fl-introduzzjoni ta’ servizzi jew prodotti ġodda fi swieq stabbiliti.
Skema ta’ Għajnuna mill-FSE Deskrizzjoni fil-Qosor Min qed imexxi
Qafas ta’ Għajnuna għal Taħriġ Permezz ta’ din l-iskema, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ tagħti għajnuna finanzjarja lil kumpaniji fis-settur privat u persuni li jaħdmu għal rashom u li jinvestu fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom.  It-taħriġ jista’ jsir fl-ażjenda nnifisha jew jista’ jingħata minn xi ħadd minn barra l-intrapriża u jista’ jingħata f’Malta jew barra minn Malta.  Skont il-ħtiġiet li jiġu identifikati mill-intrapriża privata, jistgħu jingħataw tipi diversi ta’ taħriġ fosthom kwalifiki formali, sistema fejn impjegat ġdid joqgħod josserva impjegat ieħor ta’ esperjenza, taħriġ fuq il-post tax-xogħol kif ukoll programmi ta’ taħriġ fejn it-tagħlim jingħata mill-bogħod. Il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
Programm ta’ Għajnuna għall-Impieg Taħt din l-iskema jingħataw sussidji għall-pagi lis-sidien ta’ intrapriżi f’Malta u f’Għawdex biex jinġieb ’il quddiem ir-reklutaġġ ta’ persuni żvantaġġjati u/jew b’diżabilità – u b’hekk tiżdied ir-rata ta’ impieg ta’ bosta gruppi li jaqgħu taħt il-mira ta’ dan il-programm.

Mod ieħor ta’ kif tingħata għajnuna lil intrapriżi ċkejkna, żgħar u ta’ daqs medju hu permezz ta’ JEREMIE li hi inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea f’kollaborazzjoni mal-Grupp tal-Bank ta’ Investiment Ewropew.

Numru ta’ Proġetti Valur
11 €86,000,000