Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Prevenzjoni ta' Riskju u Ġestjoni tal-Iskart

Popolazzjoni densa u ambjent ferm urbanizzat u s-sistema ekonomika tagħha jagħmlu lil Malta iktar suxxettibli għal firxa wiesgħa ta’ sfidi ambjentali. Il-ġestjoni tal-iskart, fil-kas ta’ skart kemm solidu u likwidu, huwa ta’ importanza kbira peress li jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-ambjent jekk ma jsirx sew. Dan ukoll jista’ jkollu impatt fuq il- kompetittività ta’ Malta, b’mod partikolari fis-settur tat-turiżmu, iżda wkoll fuq il-kwalitàtal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Għal din ir-raġuni, proġetti kbar kofinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni qed ikunu implimentati taħt il-Programm Operattiv I bil-ħsieb li tkompli titjieb l-infrastruttura ambjentali tal-pajjiż – b’mod partikolari fil-qasam tal-ġestjoni tal-iskart solidu u likwidu. Wieħed minn dawn il-proġetti jinvolvi l-għeluq permanenti tal-iskart fil-miżbla (landfill) tal-Magħtab (Malta) u tal-Qortin (Għawdex) bil-għan li dawn jinbidlu fi spazji pubbliċi miftuħa. Il-proġett jinkludi wkoll ir-riabilitazzjoni tal-miżbla (landfill) ta’ Marsaskala (Malta) li ilha magħluqa mill-1979 u biex tinbidel f’park tal-familja. Proġett ieħor f’dan il-qasam hu l-bini tal-Impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ fin-Nofsinhar ta’ Malta f’Ta’ Barkat (limiti tax-Xgħajra) li tikkomplementa ż-żewġ impjanti eżistenti tat-trattament tal-ilma f’Għawdex u fit-tramuntana ta’ Malta. Dan l-impjant jippermetti wkoll li Malta tittratta d-drenaġġ kollu tagħha qabel ma jintrema fil-baħar, b’hekk ittejjeb il-kwalità tal-ilma baħar, tissalvagwardja l-ambjent marittimu, iżżid il-potenzjal għas-sajd u s-saħħa u kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan jikkontribwixxi wkoll sabiex jiżdied il-potenzjal turistiku tal-Gżejjer Maltin u, b’hekk, tgħin aktar l-ekonomija ta’ Malta.

Qed jittieħdu wkoll azzjonijiet sabiex tiġi żviluppata l-infrastruttura neċessarja meħtieġa għall-prevenżjoni tar-riskju, b’mod partikolari fil-kuntest tal-għargħar. Il-pajsaġġ naturali u urban Malti għandu tendenza li jikkontribwixxi lejn il-fenomenu tal-għargħar li jseħħ f’daqqa waħda (flash flooding) meta maltempati kbar jolqtu l-gżira għad-detriment tar-residenti, tal-komunità kummerċjali kif ukoll il-vjaġġaturi.

Proġetti kollha sal-lum  
Numru ta' Proġetti Valur
6 €124,000,000