Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Opportunitajiet Indaqs

Wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2007-2013 huwa li jappoġġja l-istrateġija ta’ Lisbona fl-għan tagħha li tiżgura opportunitajiet indaqs għal kulħadd għal aċċess fis-suq tax-xogħol.  F’Malta, Programm Operattiv II jelenka b’mod speċifiku l-promozzjoni ta’ suq tax-xogħol ugwali w inklussiv bħala wieħed mill-Assi Prioritarji tiegħu.  L-għan prinċipali ta’ din il-priorità hija li tippromwovi l-adozzjoni ta’ xogħol stabbli u ta’ kwalità lil persuni li jiffaċċjaw diffikultajiet sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Taħt din l-Assi ta’ Priorità, hemm azzjonijiet li jippermettu lin-nisa sabiex ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol u jżommu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tagħhom.  Gruppi oħra żvantaġġati bħal żgħażagħ, ġenituri waħedhom, vittmi ta’ vjolenza domestika u tal-abbuż mis-sustanzi, persuni b’diżabbiltà jew bi problemi ta’ saħħa mentali kif ukoll refuġjati, wkoll jingħataw għajnuna sabiex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom u jsiru aktar kapaċi li jsibu post tax-xogħol.  Bl-istess mod, dawk qiegħda għal żmien twil ukoll jingħataw il-ħiliet neċessarji sabiex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.  Qed isiru kampanji ta’ għarfien, literacy tool-kits u programmi ta’ taħriġ bil-għan li jżidu r-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa u jintegraw gruppi żvantaġġati, bil-ħsieb li jżommu u li jassistu membri ta’ dawn il-gruppi sabiex itejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg tagħhom.

Programm Operattiv I jikkomplimenta dawn l-operazzjonijiet permezz ta’, fost oħrajn, skema għal faċilitajiet ta’ childcare u l-bini u l-armar ta’ ċentru ta’ għajxien indipendenti li jassisti persuni b’diżabbiltà sabiex jagħżlu apparat adekwat (per eżempju, siġġijiet tar-roti, modifikazzjoni ta’ vetturi, eċċ) li jgħinhom biex jgħixu ħajja iktar sodisfaċenti u indipendenti.

Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:

Numru ta’ Proġetti Valur
21 €18,000,000