Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjiegi

Fil-kuntest ta’ ekonomija li dejjem tinbidel, hu importanti li l-ħaddiema tal-pajjiż ikunu lesti sabiex jilqgħu l-isfidi offruti fis-suq tax-xogħol.  Dan jista’ jsir biss jekk il-ħaddiema jkollhom il-ħiliet u l-għarfien neċessarju sabiex jaffaċċjaw dawn il-bidliet.

Għal din ir-raġuni, Programm Operattiv II, iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, qed jappoġġja inizjattivi li jipprovdu t-taħriġ neċessarju kemm għal nies li jaħdmu kif ukoll għal dawk li ma jaħdmux sabiex iżidu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom.  Dawn l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja jwasslu biex iżjed ħaddiema jkunu aktar adattabbli għal bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u anki jżidu ċ-ċansijiet tagħhom ta’ impjieg.

Fl-istess waqt li jkunu għaddejjin dawn il-proġetti, il-Fond Soċjali Ewropew qiegħed ukoll jiffinanzja żewġ skemi ta’ għajnuna li jgħinu lis-settur privat fir-reklutaġġ ta’ persuni żvantaġġjati u/jew b’diżabbilità (Employment Aid Programme) u biex jinvestu fit-taħriġ rilevanti għall-ħaddiema tagħhom (Training Aid Framework).  Sir af aktar dwar dawn l-iskemi hawn.

Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:

Numru ta’ Proġetti Valur
22 €23,000,000