Fil-kuntest ta’ ekonomija li dejjem tinbidel, hu importanti li l-ħaddiema tal-pajjiż ikunu lesti sabiex jilqgħu l-isfidi offruti fis-suq tax-xogħol. Dan jista’ jsir biss jekk il-ħaddiema jkollhom il-ħiliet u l-għarfien neċessarju sabiex jaffaċċjaw dawn il-bidliet.
Għal din ir-raġuni, Programm Operattiv II, iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, qed jappoġġja inizjattivi li jipprovdu t-taħriġ neċessarju kemm għal nies li jaħdmu kif ukoll għal dawk li ma jaħdmux sabiex iżidu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom. Dawn l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja jwasslu biex iżjed ħaddiema jkunu aktar adattabbli għal bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u anki jżidu ċ-ċansijiet tagħhom ta’ impjieg.
Fl-istess waqt li jkunu għaddejjin dawn il-proġetti, il-Fond Soċjali Ewropew qiegħed ukoll jiffinanzja żewġ skemi ta’ għajnuna li jgħinu lis-settur privat fir-reklutaġġ ta’ persuni żvantaġġjati u/jew b’diżabbilità (Employment Aid Programme) u biex jinvestu fit-taħriġ rilevanti għall-ħaddiema tagħhom (Training Aid Framework). Sir af aktar dwar dawn l-iskemi hawn.
Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:
Numru ta’ Proġetti |
Valur |
22 |
€23,000,000 |