L-industrija tat-turiżmu minn dejjem kienet wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija ta’ Malta, li jiġġenera dħul u xogħol għal eluf ta’ familji madwar il-Gżejjer Maltin. Bis-saħħa tal-klima moderata li jgawdu l-Gżejjer Maltin ix-xhur tas-sajf x’aktarx li huma l-iktar popolari fost it-turisti; madankollu, Malta u Għawdex għandhom ħafna iktar x’joffru barra mix-xemx u l-baħar.
Għal din ir-raġuni, il-Politika tat-Turiżmu ta’ Malta, flimkien mal-Programmi Operattivi għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, għandhom l-għan li jnaqqsu din l-istaġjonalità u jtejbu l-prodott turistiku li joffru l-Gżejjer Maltin. Programm Operattiv I jiddedika Assi ta’ Prijorità sħiħ imfassal fuq il-Promozzjoni tal-Iżvilupp Sostenibbli permezz ta’ iniżjattivi iffinanzjati taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). L-għanjiet ta’ din il-assi ta’ prijorità huma
-
Appoġġ għall-aġġornament tal-prodott turistiku, b’mod partikolari l-assi kulturali tiegħu;
-
Il-promozzjoni tal-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni turistika ewlenija u differenti lil hinn mill-attrazzjoni li joffru fihom innifishom ix-xemx u l-baħar; u
-
It-titjib tal-kompetittività tal-operaturi fl-oqsma tat-turiżmu u tal-kultura.
Wieħed mill-aspetti li qiegħed jingħataw ħafna attenzjoni permezz ta’ dan l-assi prijoritarju hu l-preservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali tal-Gżejjer. Dan qed isir permezz tar-restawr u r-riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet storiċi madwar Malta u Għawdex, ladarba dawn huma wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin għat-turisti; kif ukoll il-konservazzjoni ta’ siti storiċi oħra importanti bħat-Tempji ta’ Ħal-Tarxien u l-Ġgantija u l-Katakombi ta’ San Pawl. Qed jinħolqu wkoll għadd ta’ pajzaġġi marbuta mal-wirt Malti kif ukoll inizjattivi oħra mmirati sabiex iżidu l-appell turistiku ta’ bliet u rħula madwar il-Gżejjer Maltin. Żewġ proġetti ewlenin f’dan il-qasam għat-tkabbir aktar wiesa’ tal-prodott turistiku, huma l-ħangar tal-esebizzjonijiet ġdid għall-Mużew tal-Avjazzjoni ta’ Malta u l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta li ser ikollu iktar minn 25 tank tal-wiri fejn se jkun hemm, fost oħrajn, ħut tal-Mediterran li jinstabu ta’ sikwit fl-ibħra Maltin flimkien ma’ kopji ta’ oġġetti storiċi. Barra minn hekk, tfasslet skema ta’ għotja ta’ €10 miljun sabiex tingħata l-għajnuna lil operaturi privati tat-turiżmu biex iżidu l-kompetittività tagħhom f’dan is-settur.
M’hemmx għalfejn li wieħed iżid jgħid li, minbarra li jkollna fostna l-istrutturi fiżiċi biex jattiraw iżjed turisti ta' kwalità lejn il-Gżejjer matul is-sena, l-element uman huwa daqstant ieħor importanti. Permezz ta’ Programm Operattiv II, iffinanzjat mill-Fondi Soċjali Ewropej, ġie żviluppat programm ta’ taħriġ li jiżviluppa l-ħiliet meħtieġa għall-industrija tat-turiżmu.
Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:
Read more:
Numru ta’ Proġetti |
Valur |
23 |
€123,000,000 |