Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Ambjent, Tibdil fil-Klima u Sorsi ta' Enerġija li Tiġġedded

Ilkoll sirna aktar konxji tal-importanza li nħarsu l-ambjent tagħna u tal-bidliet li seħħew fil-klima tagħna matul is-snin.  Maż-żmien, l-attività tal-bniedem kellha impatt qawwi ħafna fuq il-klima globali, mhux biss b’effett fuq l-aspett ekoloġiku, imma anki b’impatt fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-attività soċjali.

Ir-rwol primarju tal-fondi Ewropej għal effiċjenza fis-settur tal-enerġija u għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES) huwa dak li tippremja l-benefiċċji ambjentali tagħhom meta mqabbla ma’ sorsi ta’ enerġija konvenzjonali.  Rwol ieħor huwa dak li jingħelbu dawk l-ostakli li l-investituri (bħal djar, intrapriżi, għaqdiet volontarji u istituzzjonijiet pubbliċi) għandhom tendenza li jiltaqgħu magħhom fil-forma ta’ imperfezzjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ kapital sabiex jagħmlu l-investiment tal-bidu.

Permezz ta’ Programm Operattiv I qed jitwettqu numru ta’ azzjonijiet sabiex jippromwovu t-tnaqqis fil-konsum u l-mezzi biex jadattaw għall-effetti li ġabet magħha l-bidla fil-klima.  Dan jista’ jsir permezz ta’ użu akbar tal-RES kif ukoll ta’ użu iktar effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi.  Minbarra li jgħin l-ambjent, dan jikkontribwixxi wkoll għal żieda fl-effiċjenza ekonomika u l-kompetittività kif ukoll għal kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.  Eżempji ta’ interventi bħal dawn jinkludu l-iskema tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi għall-użu domestiku kif ukoll l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ natura simili f’numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi, kunsilli lokali u bini pubbliku.  Is-settur privat ukoll ibbenefika minn żewġ skemi ta’ għotjiet ġestiti minn Malta Enterprise bil-għan li jgħinu l-innovazzjoni f’Intrapriżi Żgħar u Medji permezz ta’ investiment fit-teknoloġiji favur l-ambjent (ERDF 128a) u għajnuna lil intrapriżi sabiex jinvestu f’miżuri biex jiffrankaw l-enerġija u sorsi alternattivi ta’ enerġija (ERDF 133).

Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:

Numru ta’ Proġetti Valur
23 €55,000,000