Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Edukazzjoni

L-edukazzjoni hija priorità nazzjonali li hija indirizzata fiż-żewġ Programmi Operattivi taħt il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.  Peress li r-riżorsi umani huwa r-riżors primarju ta’ Malta, huwa importanti li tinħoloq bażi soda ta’ għarfien permezz ta’ sistema edukattiva ta’ kwalità f’kull livell – kemm formalment u anki informalment.  Dawn l-iniżjattivi jikkontribwixxu wkoll lejn l-objettiv ta’ Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti li jinkoraġixxi liċ-ċittadini sabiex jitgħallmu, jistudjaw u jaġġornaw il-ħiliet tagħhom.

Iż-żewġ Programmi Operattivi jaħdmu flimkien sabiex iżidu l-kwalità tal-esperjenza edukattiva għall-istudenti u studenti għal tul ħajjithom (lifelong learners) Maltin u Għawdxin.  Dan isir billi jipprovdu l-infrastruttura neċessarja flimkien mal-istrutturi akkademiċi u amministrattivi addattati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-istudenti attwali kif ukoll jidentifikaw oqsma ġodda ta’ edukazzjoni meħtieġa mis-suq tax-xogħol.  Wieħed mill-Assi Prioritarji tal-Programm Operattiv II, finanzjat taħt il-Fond Soċjali Ewropew, għandu l-għan li

  • Jżid il-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-oqsma ġenerali ta’ studju (mhux S&T jew ICT) u fuq livell ulterjuri jew livelli ogħla ta’ edukazzjoni;
  • Jżid ir-rati ta’ parteċipazzjoni tal-istudenti fix-xjenza, teknoloġija u l-edukazzjoni tal-ICT fuq livell ulterjuri jew livelli ogħla ta’ edukazzjoni;
  • Itejjeb il-kwalità jew ir-rilevanza tal-esperjenza edukattiva.

Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenzi u Teknoloġija u l-Università ta’ Malta huma ż-żewġ benefiċjarji ewlenin f’din il-kategorija.  Assistenza finanzjarja ġejja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewpropew ippermettiet lil dawn iż-żewġ istituzzjonijiet li jżidu l-korsijiet disponibbli u li jiddisinjaw mill-ġdid korsijiet sabiex jagħmluhom aktar rilevanti għall-ħtiġiet attwali edukattivi u tas-suq, ikabbru l-ispażju fiżiku sabiex jakkomodaw aktar studenti u jipprovduhom b’teknoloġija mill-aktar moderna sabiex jappoġġjaw l-istudji tagħhom.

Individwi li jfittxu li jispeċjalizzaw u jsegwu l-istudji tagħhom ukoll jibbenefikaw mill-Fond Soċjali Ewropew permezz ta` skema ta` boroż ta`I studju (STEPS) ta` valur totali ta` €10 miljun.

Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:

Numru ta’ Proġetti Valur
29 €71,000,000