L-edukazzjoni hija priorità nazzjonali li hija indirizzata fiż-żewġ Programmi Operattivi taħt il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Peress li r-riżorsi umani huwa r-riżors primarju ta’ Malta, huwa importanti li tinħoloq bażi soda ta’ għarfien permezz ta’ sistema edukattiva ta’ kwalità f’kull livell – kemm formalment u anki informalment. Dawn l-iniżjattivi jikkontribwixxu wkoll lejn l-objettiv ta’ Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti li jinkoraġixxi liċ-ċittadini sabiex jitgħallmu, jistudjaw u jaġġornaw il-ħiliet tagħhom.
Iż-żewġ Programmi Operattivi jaħdmu flimkien sabiex iżidu l-kwalità tal-esperjenza edukattiva għall-istudenti u studenti għal tul ħajjithom (lifelong learners) Maltin u Għawdxin. Dan isir billi jipprovdu l-infrastruttura neċessarja flimkien mal-istrutturi akkademiċi u amministrattivi addattati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-istudenti attwali kif ukoll jidentifikaw oqsma ġodda ta’ edukazzjoni meħtieġa mis-suq tax-xogħol. Wieħed mill-Assi Prioritarji tal-Programm Operattiv II, finanzjat taħt il-Fond Soċjali Ewropew, għandu l-għan li
-
Jżid il-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-oqsma ġenerali ta’ studju (mhux S&T jew ICT) u fuq livell ulterjuri jew livelli ogħla ta’ edukazzjoni;
-
Jżid ir-rati ta’ parteċipazzjoni tal-istudenti fix-xjenza, teknoloġija u l-edukazzjoni tal-ICT fuq livell ulterjuri jew livelli ogħla ta’ edukazzjoni;
-
Itejjeb il-kwalità jew ir-rilevanza tal-esperjenza edukattiva.
Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenzi u Teknoloġija u l-Università ta’ Malta huma ż-żewġ benefiċjarji ewlenin f’din il-kategorija. Assistenza finanzjarja ġejja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewpropew ippermettiet lil dawn iż-żewġ istituzzjonijiet li jżidu l-korsijiet disponibbli u li jiddisinjaw mill-ġdid korsijiet sabiex jagħmluhom aktar rilevanti għall-ħtiġiet attwali edukattivi u tas-suq, ikabbru l-ispażju fiżiku sabiex jakkomodaw aktar studenti u jipprovduhom b’teknoloġija mill-aktar moderna sabiex jappoġġjaw l-istudji tagħhom.
Individwi li jfittxu li jispeċjalizzaw u jsegwu l-istudji tagħhom ukoll jibbenefikaw mill-Fond Soċjali Ewropew permezz ta` skema ta` boroż ta`I studju (STEPS) ta` valur totali ta` €10 miljun.
Għal iktar informazzjoni aqra wkoll:
Numru ta’ Proġetti |
Valur |
29 |
€71,000,000 |