Ninvestu fil-Futur Tiegħek

Maltese
English

Min Aħna

Min aħna

Id-Diviżjoni tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prioritajiet (PPCD) twaqqfet f’Marzu 2001 bħala parti mill-infrastruttura amministrattiva meħtieġa sabiex tiġġestixxi l-fondi allokati lil Malta mill-Unjoni Ewropea (UE) qabel u wara s-sħubija.

Il-PPCD għandha l-għan li tassigura l-użu u l-immaniġġjar effiċjenti tal-għajnuna Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-Politika ta’ Koeżjoni, permezz ta’ koordinazzjoni effettiva bejn Dipartimenti tal-Gvern, Awtoritajiet, Agenziji u partijiet interessati oħra.

Aħna x’nagħmlu

Sa Lulju 2011, il-PPCD kien jieħu ħsieb ukoll bosta programmi bilaterali li issa, flimkien ma’ fondi oħra tal-UE, jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi.  Illum, il-funzjoni ewlenija tal-PPCD tinkludi li sservi bħala:

  • Awtorità Amministrattiva għall-Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni 2004-2006;
  • Ko-ordinatur Ġenerali għall-Ipprogrammar tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013;
  • Awtorità Amministrattiva għaż-żewġ Programmi Operattivi 2007-2013: Programm Operattiv I – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni; Programm Operattiv II – Fond Soċjali Ewropew.

Apparti milli tipprovdi s-servizzi msemmija hawn fuq, il-PPCD tiżgura wkoll trasparenza massima u tagħrif dwar il-fondi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha.  Din il-funzjoni titwettaq permezz tal-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni mal-midja, ma’ dawk li għandhom il-potenzjal li japplikaw għall-fondi u l-pubbliku in ġenerali.

Sir af aktar!